istitutkattoliku

Il-Bidu



L-idea li l-Knisja f'Malta ikollha centru ta' edukazzjoni, rikreazzjoni u kultura religjuza kienet ilha tberren f'mohh il-mexxejja tal-Knisja mill-1939. Fl-1945 twaqqfet kummissjoni taht it-tmexxija ta' Mons. Arturo Bonnici biex tistudja l-possibilta ta' dan il-progett u tfassal pjan kif dan jista' jsehh. Wara li gie maghzul il-post, saret talba lill-Gvern ghall- akkwist tal-art li fuqha kellu jinbena, gie mniedi konkors ghall-prgett, u wara diversi sottomissjonijiet fl-1953 gie approvat dak tal-perit Michele Busuttil. Fl-4 ta' Dicembru 1954 Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi qieghed u bierek l-ewwel gebla ta' dan il-bini, li f'sitt snin ta' hidma kien lest biex jinfetah ghall-pubbliku.

Sadattant saru attivitajiet u gbir ta' flus principalment mill-membri tal-Azzjoni Kattolika, li kellha titrasferixxi is-Sede Centrali taghha minn Palazzo Caraffa ghall-Istitut Kattoliku.

Fit-18 ta' Mejju 1960 sar il-ftugh ufficjali tal-post u t-tberik mill-Ecc. Tieghi Mons. Mikiel Gonzi. Gew imhejjija diversi attivitajiet biex ifakkru din il-grajja, li ffokaw fuq il-persuna ta' San Pawl, peress li fl-istess sena kien qed jigi celebrat f'Malta ic-Centinarju Pawlin.

Il-lum l-Istitut Kattoliku, barra mill-Azzjoni Kattolika Maltija, li zammet is-Sede Centrali taghha fih, jospita wkoll diversi Movimenti ohra: il-Kummissjoni Kateketika Nazzjonali, il-Moviment ta' Cana, l-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali, id-direzzjoni tal-Lehen is-Sewwa u l-Kummissjoni Kultura tal-Arcidjocesi. Fih isiru korsijiet fuq suggetti varji, tahdidiet u attivitajiet ohra, mhux biss mill-ghaqdiet residenti, imma anki minn gruppi u organizzazzjonijiet barranin, li jsibu l-facilitajiet li joffri l-Istitut Kattoliku komdi ghall-htigijiet taghhom.

Attivitajiet rikreazzjonali u kulturali jsiru fit-Teatru, li gie disinjat u attrezzat minn ditta taljana taht is-supervizjoni tal-Prof. C. Montecamozzo, b'attenzjoni specjali ghall-akustika. Fl-2007 sar investiment qawwi fih b'sedji godda, apparat digitali ta' hoss u ta' dwal, purtieri u accessorji ohra biex joffri facilitajiet ahjar kemm ghal produtturi tar-rappresentazzjonijiet li jsiru fih, kif ukoll ghall-udjenza li ssegwihom.

Id-diretturi li mexxew din l-istituzzjoni matul dawn l-ahhar hamsin sena kienu:

  • Mgr. Prof. Edward Coleiro
  • Rev. Fr. Jimmy Orr
  • Rev. Fr. Frans Schembri
  • Rev. Fr. George Dalli
  • Rev. Fr. Gino Gauci
  • Rev. Fr. Joe Camilleri
  • Rev. Fr. John Galea
 
© 2009 Istitut Kattoliku, All Rights Reserved
Design by ZigPress